Links

Keeping Cool

Kapijiet tal-Proġett: Dr Caroline Mansfield u Dr Anne Price (Murdoch University, l-Awstralja)

Tim tal-Proġett: Dr Andrew McConney (Murdoch University, l-Awstralja), Dr Susan Beltman  u Dr Lina Pellicone (Curtin University, l-Awstralja), Professur Marold Wosnitza (RWTH Aachen University, il-Ġermanja)

Keeping Cool

Il-proġett intitolat “Keeping Cool: Embedding Resiliency in the Initial Teacher Education Curriculum” (2009-2012) żviluppa ftehim imsaħħaħ u bbażat fuq l-evidenza tal-karatteristiċi ta’ għalliema reżiljenti li jinsabu fil-fażi ta’ qabel is-servizz jew fl-istadji bikrija tal-karriera tagħhom fl-Awstralja. Il-fatturi ewlenin jinkludu biblijografija annotata ta’ studji empiriċi dwar ir-reżiljenza tal-għalliema, stħarriġ imfassal biex ikejjel fatturi assoċjati mar-reżiljenza tal-għalliema, l-iżvilupp tas-sit elettroniku Keeping Cool (http://www.keepingcool.edu.au), u Qafas dwar ir-Reżiljenza li jinforma l-kurrikulu tal-edukazzjoni tal-għalliema. Ibbażat fuq l-għarfien miksub matul dan il-proġett, ir-reżiljenza tal-għalliema hija meqjusa bħala l-kapaċità li tagħmel iktar milli ‘bounce back’; iżda iktar bħala l-iżvilupp kontinwu ta’ ħiliet u għarfien li jgħinu lill-għalliema biex isostnu l-impenn, il-motivazzjoni u l-ġibda tagħhom lejn il-professjoni, ‘thriving’ mhux biss ‘surviving’. Il-programmi tal-edukazzjoni tal-għalliema għandhom jipprovdu opportunitajiet għall-għalliema ta’ qabel is-servizz biex jibnu r-reżiljenza tagħhom permezz tal-iżvilupp ta’ ħiliet speċifiċi u jinkoraġġixxu appoġġ kolleġġjali u netwerks għall-futur. Għandhom jingħataw opportunitajiet lill-istudenti biex jesperjenzaw u jirriflettu b’mod kritiku fuq il-firxa wiesgħa ta’ kuntesti tat-tagħlim u n-natura diversa tax-xogħol tal-għalliem.

Brite

Kap tal-Proġett Brite: Dr Caroline Mansfield (Murdoch University, l-Awstralja)

Tim tal-proġett: Dr Susan Beltman u Associate Professor Tania Broadley (Curtin University, l-Awstralja), Dr Noelene Weatherby-Fell (University of Wollongong, l-Awstralja)

Brite

Il-proġett BRiTE (Building Resilience in Teacher Education) jimmira li joħloq serje ta’ korsijiet online mfassla biex jiżviluppaw il-kapaċità ta’ reżiljenza professjonali għall-għalliema li għadhom mhumiex fis-servizz fl-Awstralja. Jibni fuq il-proġett preċedenti tiegħu,‘Keeping Cool’ (2009- 2012), BRiTE kien imnebbaħ mix-xewqa għal riżorsi dwar ir-reżiljenza fuq is-sit elettroniku ta’ dak il-proġett, flimkien ma’ bidliet reċenti fl-Awstralja, bħal kwalifiki meħtieġa għall-akkreditazzjoni tal-għalliema u żieda fil-fokus nazzjonali fuq il-kwalità tal-għalliema. Il-korsijiet BRiTE  għalhekk se jikkontribwixxu għal tfassil ta’ kurrikulu fl-edukazzjoni ogħla billi jipprovdu lill-edukaturi tal-għalliema b’riżors ta’ kurrikulu li jista’ jintuża fi programmi ta’ edukazzjoni tal-għalliema u li huwa mmirat ukoll ghal kwalifiċi ġodda meħtieġa fl-akkreditazzjoni tal-edukazzjoni tal-għalliema. Kull kors se jkun interattiv, jinkludi kwiżż ta’ riflessjoni mill-persuna fuqha nnifisha, informazzjoni dwar ħiliet u strateġiji, għajnuniet, vidjos, xenarji fejn jistgħu jkunu applikati l-ħiliet, referenza għall-iktar riċerka reċenti u l-opportunità biex  il-parteċipanti jibnu t-toolkit tagħhom u jirrekordjaw dak li qed jitgħallmu. BRiTE (2013-2015) huwa ffinanzjat mill-Office of Learning and Teaching, l-Awstralja.

Rescur

RESCUR huwa proġett LLP Comenius mifrux fuq tliet snin (2012-2015) ikkoordinat mill-Università ta’ Malta u jinkludi l-Università ta’ Pavia (l-Italja), l-Università ta’ Zagreb (il-Kroazja), l-Università ta’ Orebro (L-Iżvezja), l-Università ta’ Kreta (il-Greċja), u l-Univeristà ta’ Lisbona (il-Portugall).

Rescur

Huwa mmirat li jiżviluppa kurrikulu dwar ir-reżiljenza għall-edukazzjoni bikrija u primarja fl-Ewropa permezz ta’ kollaborazzjoni interkulturali u transnazzjonali fost l-istituzzjonijiet imsieħba fuq livell tal-UE, u li jagħmel użu mir-riżorsi u mill-esperjenza tal-imsieħba varji involuti. Il-konsorzju se jiżviluppa kurrikulu universali dwar ir-reżiljenza għall-edukazzjoni bikrija u primarja fl-iskola. Il-kurrikulu se jieħu mudell spirali, jibni minn sena għal oħra filwaqt li jakkomoda l-ħtiġijiet ta’ studenti individwali f’dawk is-snin.  Hu se jkun integrat mal-kurrikulu ewelieni u se jkun mgħallem mill-għalliema tal-klassi, li se jkunu mħarrġa, mentored, u mogħtija r-riżorsi meħtieġa. Il-kurrikulu jkun żviluppat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-isfidi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi preżenti tal-imsieħba involuti, u jfittex li jiżviluppa fl-istudenti l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jegħlbu dawn l-isfidi f’ħajjithom biex jiksbu suċċess akkademiku u saħħa soċjali u emozzjonali bħala ċittadini żgħar fl-UE.  Huwa jfittex li jindirizza l-ħtiġijiet ta’ tfal vulnerabbli bħal tfal Roma, tfal b’diżabilità, tfal gifted, u tfal ta’ refuġjati, immigranti u minoritajiet etniċi. Il-kurrikulu se jinkludi wkoll gwida ta’ attivitajiet ta’ reżiljenza għall-ġenituri biex isaħħu dawn il-ħiliet li jiġu mgħallma fl-iskola. Il-kurrikulu se jkun ippilotat f’numru ta’ skejjel f’kull pajjiż imsieħeb.