Dwarna

L-imsieħba tal-proġett għandhom  il-ħiliet, l-esperjenza u l-kompetenzi meħtieġa biex l-għanijiet tal-proġett jinkisbu bl-aħjar mod possibbli. Ir-riċerkatur responsabbli għall-applikazzjoni (RWTH) kien ko-applikant u msieħeb barrani tal-proġett “Keeping Cool: Embedding Resiliency in the Initial Teacher Education Curriculum” (2009-2012), proġett li jiffoka fuq ir-reżiljenza tal-għalliema fl-Awstralja. Huwa għandu wkoll esperjenza estensiva f’sistemi ta’ valutazzjoni personali. L-imsieħba minn Malta u l-Irlanda huma tnejn mill-esperti ewlenin fil-qasam tar-reżiljenza tal-għalliema fl-Ewropa. L-imsieħeb mill-Portugall  mexxa studji dwar is-sodisfazzjon fix-xogħol tal-għalliema, l-istress u r-rispett tal-persuna lejha nnifisha, li huma temi ċentrali għar-reżiljenza tal-għalliema. Minħabba li l-proġett għandu fokus qawwi fuq it-tixrid tal-informazzjoni u ta’ materjal permezz ta’ pjattaforma fuq l-internet, tagħlim self-directed online u webinars, il-ħiliet tar-Repubblika Ċeka huma importanti għas-suċċess tal-proġett. It-tieni msieħeb tal-proġett mill-Ġermanja huwa isituzzjoni ta’ taħriġ tal-għalliema li jikkumplimenta t-tim tal-proġett bl-esperjenza estensiva tiegħu fl-iżvilupp ta’ materjal għat-taħriġ u l-implimentazzjoni ta’ taħriġ wiċċ imb’wiċċ. Iż-żewġ imsieħba minn pajjiż terzjarju se jżidu valur sinjifikanti għall-proġett u jġibu magħhom l-esperjenza tal-proġett Awstraljan. Huma (flimkien mal-grupp mill-Irlanda) jipprovdu wkoll kwestjonarju għall-iżvilupp tal-għodda ta’ valutazzjoni li persuna tagħmel tagħha nnifisha.  Iż-żewġ imsieħba mill-Awstralja bdew jgħallmu dwar ir-reżiljenza tal-għalliema fil-kurrikulu tal-programm tal-edukazzjoni tal-għalliema fl-universitajiet tagħhom.

1. RWTH, Rheinisch-Westfälische Technische Hochschule Aachen

RWTH Aachen University, mwaqqfa fl-1870, hija maqsuma f’9 fakultajiet. Madwar
40,000 student huma miktuba f’115 kors ta’ studju (dettalji oħra).

www.rwth-aachen.de

2. St. Patricks College, Dublin City University

St Patrick’s College, Drumcondra huwa wieħed mill-ikbar Kulleġġi tal-Edukazzjoni fl-Irlanda b’madwar 2,500 persuna jattendu korsijiet fl-Edukazzjoni u l-Humanities f’livell undergraduate u postgraduate. Mill-1993, il-Kulleġġ sar Kulleġġ ta’ Dublin City University u l-korsijiet kollha huma akkreditati mill-Università (dettalji oħra).

www.spd.dcu.ie

3. Euroface Consulting s.r.o.

Euroface Consulting huwa ċentru ta’ konsulenza reġjonali li jrawwem rabtiet bejn l-edukazzjoni u s-setturi tal-produzzjoni, u ċentru ta’ taħriġ għall-promozzjoni u l-immaniġġjar tal-iżvilupp tal-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni li jappoġġjaw opportunitajiet indaqs (dettalji oħra).

www.euro-face.cz

4. University of Malta

Iċ-Ċentru għar-Reżiljenza u s-Saħħa Emozzjonali fl-Università ta’ Malta għandu l-għan li jiżviluppa u jrawwem is-saħħa soċjali u emozzjonali fit-tfal u ż-żgħażagħ (dettalji oħra).

www.um.edu.mt

5. ZfsL, Zentrum für schulpraktische Lehrerausbildung Jülich

Is-Center for Practical Teacher Training (ZfsL) Juelich huwa istituzzjoni pubblika għat-taħriġ tal-għalliema tal-gvern tal-Ministeru tal-Iskejjel u l-Edukazzjoni fl-Istat Federali ta’ North Rhine-Westphalia (NRW), il-Ġermanja (dettalji oħra).

www.zfsl-juelich.nrw.de

6. ISPA, Instituto Superior de Psicologia Aplicada

ISPA (Higher Institute of Applied Psychology) mwaqqaf fl-1962, huwa l-eqdem skola tal-psikoloġija fil-Portugall (dettalji oħra).

www.ispa.pt

7. Curtin University

Curtin University hija l-ikbar u l-iktar università multi-kulturali fil-punent tal-Awstralja. Hija impenjata bi sħiħ għall-impenn internazzjonali mat-tielet l-ikbar popolazzjoni internazzjonali fl-Awstralja (dettalji oħra).

www.curtin.edu.au

8. Murdoch University

Murdoch University hija magħrufa bħala waħda mill-iktar istituzzjonijiet ta’ riċerka ewlenin fl-Awstralja. Hija impenjata bi sħiħ mal-istudenti tagħha u kisbet rata ta’ 5 stilel għas-sodisfazzjon tal-gradwati fi 13-il okkażjoni (dettalji oħra).

www.murdoch.edu.au