Riżultati tal-proġett

  1. Il-framework paper tiddeskrievi l-qafas teoretiku ġenerali, li huwa l-bażi għall-kunċetti ta’ taħriġ. Il-paper se tkun disponibbli f’ħames lingwi (iċ-Ċek, l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Malti, il-Portugiż) u tkun ippubblikata fuq is-sit elettroniku.
  2. Il-kunċetti ta’ taħriġ għal korsijiet wiċċ imb’wiċċ, taħriġ self-directed onlajn u s-sit elettroniku se jiddeskrievu l-approċċ għall-programm ta’ taħriġ u l-metodoloġija.
  3. Is-sit elettroniku tal-proġett jippreżenta informazzjoni relevanti dwar il-proġett u jservi bħala link għall-għodda ta’ assessjar li persuna tagħmel fuqha nnifisha u t-taħriġ onlajn.
  4. Il-pjattaforma ta’ assessjar li persuna tagħmel fuqha nnifisha tippermetti lill-utent biex iwieġeb lista ta’ mistoqsijiet bbażat fuq skali li jsiru mill-persuna nnifisha. Il-pjattaforma se tagħti lill-utenti feedback individwali fuq il-kunċetti fundamentali u se tippreżenta possibilitajiet li jsaħħu l-profil ta’ reżiljenza tal-persuna.
  5. Il-moduli jipprovdu pjani ta’ lezzjonijiet u materjal ta’ taħriġ iffokat fuq l-iżvilupp tar-reżiljenza tal-għalliema.
  6. It-taħriġ onlajn – moduli fl-e-learning – se jkunu disponibbli għal kull min iżur is-sit elettroniku tal-proġett u jirreġistra għall-e-modules.
  7. Webinars ibbażati fuq prattika tajba minn taħriġ wiċċ imb’wiċċ se jkunu disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-proġett.
  8. Biblijografija annotata hija żviluppata mill-imsieħeb Awstraljan bil-kontribut tar-riċerkaturi Ewropej. Se tkun ibbażata fuq riżorsi eżistenti, aġġornata regolarment u tradotta fil-lingwi kollha tal-imsieħba.