Għanijiet

ENTREE għandu l-għan li jgħin lill-għalliema jtejbu r-reżiljenza tagħhom. L-ewwel pass, għalhekk, huwa li nifhmu eżatt x’inhi reżiljenza. Dan isir bl-iżvilupp ta’ qafas kunċettwali għat-titjib tar-reżiljenza individwali. X’fatturi għandhom rwol fit-tisħiħ tar-reżiljenza u liema jpoġġu r-reżiljenza f’riskju?

Ibbażat fuq dan il-qafas, l-imsieħba li qed jipparteċipaw f’ENTREE jiżviluppaw materjal għal moduli ta’ żvilupp professjonali. Dan il-materjal ikun ipprovdut f’żewġ modi: moduli ta’ taħriġ wiċċ imb’wiċċ u fuq is-sit elettroniku bħala moduli ta’ taħriġ self-directed onlajn. Barra minn hekk, ikun hemm ukoll webinars li jappoġġjaw il-moduli ta’ taħriġ self-directed.

Billi jipprovdi dawn il-moduli ta’ żvilupp professjonali, dan is-sit elettroniku se jservi bħala pjattaforma għall-għalliema żgħażagħ biex jitgħallmu iktar fuq ir-reżiljenza individwali tagħhom. Billi jużaw il-moduli u jkunu parti minn ENTREE, l-għalliema jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bħala għalliema fl-Ewropa bejn il-fruntieri.