Dwar ir-Reżiljenza tal-għalliema

Bosta pajjiżi jirrapportaw kif l-għalliema jesperjenzaw tnaqqis fil-moral tagħhom u żieda fl-istress u l-burnout, li jwassal lil ħafna għalliema biex jitilqu mix-xogħol. Dan għandu impatt sinifikanti mhux biss fuq is-saħħa u l-wellbeing tal-għalliema iżda anke fuq il-kisbiet tal-istudenti u fuq kull qasam tas-sistema tal-iskola. Dan għaliex ir-riċerka turi li l-fattur importanti ta’ skola tajba hu l-kwalità tal-għalliema. Ir-riċerka wriet ukoll li għalliema li għandhom livell ta’ impenn għoli għandhom ċans ikbar li jaħdmu aħjar akkademikament minn għalliema oħrajn li mhumiex kapaċi jsostnu l-impenn tagħhom.

“Ir-reżiljenza toffri lenti utli li permezz tagħha nistgħu nħarsu lejn id-dinja interna u esterna tal-għalliema u nesploraw dawk il-fatturi, kemm dawk individwali u anke dawk li jaffettwaw lil xulxin, li jinfluwenzaw il-kapaċità tagħhom biex isostnu l-passjoni, l-entużjażmu u s-sodisfazzjon tagħhom.” (Gu, Q. & Li, Q. (2013). Sustaining resilience in times of change: Stories from Chinese teachers. Asia-Pacific Journal of Teacher Education, 41(3), 288–303).

Fil-proġett ENTREE, ir-reżiljenza tal-għalliema tirreferi għall-proċess ta’, il-kapaċità li, jew ir-riżultat ta’ addattament pożittiv u impenn u tkabbir professjonali kontinwu quddiem ċirkostanzi diffiċli. Ir-reżiljenza tkun iffurmata minn fatturi individwali, tas-sitwazzjoni, u kuntestwali usa’ li jinterrelataw b’modi dinamiċi biex jipprovdu fatturi ta’ riskju (ta’ sfida) u fatturi protettivi (ta’ appoġġ). L-individwi, bl-użu ta’ riżorsi personali, professjonali u soċjali, mhux biss ‘jerġgħu jqumu fuq saqajhom’ iżda jkunu kapaċi li jimxu ’l quddiem professjonalment u personalment, u jesperjenzaw sodisfazzjon fuq il-post tax-xogħol, ħsibijiet pożittivi fuqhom infushom, wellbeing personali u impenn kontinwu għall-professjoni.